Merħba fil-websajt tal-Bord tal-Lingwa Gallika li fiha tagħrif
utli u interessanti dwar Wales, il‑lingwa Gallika u x-xogħol
tal-Bord f’Wales u lil hinn.
Il-Bord hu organizzazzjoni statutorja stabbilit fl-1993 bl-Att dwar
il-Lingwa Gallika; il-għan tiegħu hu li jiffaċilita u jinkoraġixxi
l-użu tal-Galliku. Dan is-sit juri d-diversi modi kif dan iseħħ.
Jurik ukoll kif int, bħala individwu, kumpanija jew organizzazzjoni
tista’ tuża l-lingwa biex tagħti servizz bilingwi.
Li titkellem b’aktar minn ilsien wieħed hija xi ħaġa normali -
infatti aktar minn 60% tal-popolazzjoni dinjija hi bilingwi. Jekk
int tixtieq titgħallem il-Galliku, teduka lit-tfal tiegħek
bil-Galliku, jekk qed taħdem fuq proġett fuq il-lingwa fl-iskola jew
il-kulleġġ, jew sempliċiment tixtieq tkun taf aktar dwar Wales u
l-bilingwiżmu, għandek issib it-tweġiba tiegħek f’dan is-sit.
Il-Bord jemmen li komunitajiet fejn lingwi mhux daqstant użati jew
minoritarji huma mitkellma jistgħu jitgħallmu mill-esperjenzi ta’
xulxin u aħna ħerqana li nikkooperaw ma’ kulħadd biex ninkoraġixxu
dawn il-lingwi. Jekk int tkun tixtieq taf aktar dwar il-ħidma tagħna,
ibgħat ittre f’